The Project

The Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), in partnership with the Malta Council for Economic and Social Development (MCESD) and the Confederazione Italiana Agricoltori (CIA) are managing the ESF 4.221 project ‘Voice of the Workers’. With this project, we want to further develop the capacity of workers’ to actively contribute to social dialogue in Malta as a means to implement effective partnerships and to contribute to the sustainable development of the Country.

Moreover, the UĦM also wants also to develop a new perception of trade unions’ participations and the relationship between the union and the workers by empowering the latter on issues relevant for their roles as workers and as citizens.

The overall objectives of the project are:

  • To increase workers’ knowledge on social dialogue and facilitate their participation in effective partnerships
  • To train workers on bipartite and tripartite social dialogue
  • To allow workers to reach informed opinions on relevant issues by providing innovative ways to access information and data

The activities targets the participation of at least 300 workers, as well as the setting up of a web portal which allows for an immediate accessibility to relevant information related to social dialogue. The project includes the issue of a weekly digital magazine which focuses on social dialogue.

This UĦM initiative will improve the knowledge and skills of workers and increase their capacity to actively participate in social dialogue, thus making their voice effectively heard.

IL-PROĠETT

Il-Union Ħaddiema Magħqudin (UHM), bi sħubija mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u l-Confederazione Italiana Agricoltori (CIA) qed jimmaniġġja l-proġett ESF 4.221 ‘Voice of the Workers’. Permezz ta’ dan il-proġett, nixtiequ niżviluppaw ulterjorment il-kapaċità tal-ħaddiema biex jikkontribwixxu b’mod attiv għad-djalogu soċjali f’Malta bħala mezz biex jimplimentaw sħubijiet effettivi u biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tal-Pajjiż.

Barra minn hekk, il-UHM tixtieq ukoll tiżviluppa perċezzjoni ġdida tal-parteċipazzjoni tat-trejd unjins u r-relazzjoni bejn l-unjins u l-ħaddiema billi jagħtu s-setgħa lill-ħaddiema fi kwistjonijiet relevanti għar-rwolijiet tagħhom bħala ħaddiema u bħala ċittadini.

L-għanijiet ġenerali tal-proġett huma:

  • Biex iżidu l-għarfien tal-ħaddiema dwar id-djalogu soċjali u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tagħhom fi sħubijiet effettivi
  • Biex irawmu lill-ħaddiema fi djalogi soċjali bipartitiċi u tripartitiċi
  • Biex jippermettu lill-ħaddiema jaslu għal opinjoni infurmata dwar kwistjonijiet relevanti billi jipprovdu modi innovattivi biex jaċċessaw l-informazzjoni u d-dejta

L-attivitajiet huma mmirati lejn mill-inqas 300 ħaddiem, kif ukoll it-twaqqif ta’ portal tal-web li jippermetti l-aċċess immedjat għal informazzjoni relevanti relatata mad-djalogu soċjali. Il-proġett jinkludi l-ħarġa ta’ rivista diġitali ta’ kull ġimgħa li tiffoka fuq id-djalogu soċjali.

L-inizjattiva tal-UHM se ttejjeb l-għarfien u l-ħiliet tal-ħaddiema u żżid il-kapaċità tagħhom biex jipparteċipaw b’mod attiv fid-djalogu soċjali, u b’hekk isemmgħu leħinhom b’mod effettiv.